Saturday, August 20, 2011

grokk!

grokk
għall-grigalata
friegħi frosta
laħam flieli
qatgħat
fil-ksieħ
imdemmin
imdennin
immelħin

grokk
għalik
għadek hawn
imgeżwer
imfellel
riżolut
assolut
b'sebak nofsani
tisfida

Tuesday, July 5, 2011

għalik, għerwien

il-kliem maħmuġ
naħsluh
u nbilluh fl-għasel
bħall-ixkumvat

indaħħluh ġewwa
'l bogħod mix-xemx;
'il bogħod id-dellijiet ħarxin

għerwien fil-ftuħ
iwerżaq wisq

Tuesday, May 3, 2011

fakriet

kultant
ix-xrar minsi
taħt il-qoxra
jitkebbes
u jgeżwirna
għal mument
fil-ħelwamorra

sakemm
l-għata terġa' tgħib
u magħha ddub il-qoxra

ninkixfu
nerġgħu
mill-ġdid
nitilfu

Ħajku 48

il-ħsieb għaġina --
jintgħaġen bil-paċenzja
u jogħla waħdu

Thursday, April 7, 2011

fid-dinja, tad-dinja

Kewni
fid-dinja,
tad-dinja.
La nintemm
tintemm id-dinja;
la d-dinja tintemm
nintemm jien.