Tuesday, November 11, 2008

duwa

Li
kelli
nsib duwa
biex, meta rrid,
biha jitkebbsu
tifkiriet imċajpra,
maqfula fil-fond minsi
'mma vivaċi tas-subkonxju,
biex nirxoxta l-ħsejjes, l-irwejjaħ,
l-ilwien bil-qawwa li biha għexthom
wisq nibża' li nniġġiżhom, li nħares
lejhom b'għajnejn dak li jien illum
mhux bl-għajnejn li għexu kollox,
sabiħ jew ikrah, tajjeb,
ħażin, li ma ntilfux
fin-nostalġija
għall-mument ta'
quddiemhom
imma
fih.

No comments:

Post a Comment