Kieku nista'
naqsam u
nidħollok
naqsam u
nidħollok
minn għajnejk
togħma ta' melħ u mewġ
ħalli flimkien naraw
ix-xemx larinġa tad-demm
tingħafas, tingħasar
ħalli flimkien naraw
ix-xemx larinġa tad-demm
tingħafas, tingħasar
bejn l-ajru vast u l-fond immens
bejn il-ħalel ta' leħnek
bejn xufftejk
bejn il-ħalel ta' leħnek
bejn xufftejk
ħalqek
u ġufek
jidwuli
jidwuli
jbennuni
sa filgħodu
sa filgħodu
No comments:
Post a Comment